EN | MT
EN | MT
Sunny
29° - RealFeel 27°

ON AIR

Rużarju

05:15 AM - 05:35 AM

Call us on 21246714/5   SMS  50612103  (12ċ)

COMING UP

Innu ta' Filgħodu

05:45 AM - 06:00 AM

Talba

05:50 AM - 05:51 AM

Il-Qaddis tal-Jum

05:57 AM - 05:59 AM

ON AIR

Rużarju

05:15 AM - 05:35 AM


Stejk biz-Zalza tal-Bżar


  • Riċetta ta' Anton B. Dougall

    Ingredjenti:

    - 2 stejks
    - Mgħarfa butir jew margarine
    - Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
    - 6 mgħaref brandy
    - ¼ - ½ kikkra kurrad imqatta
    - Mgħarfa mustarda
    - 2 mgħaref bżar sħiħ ħadrani
    - ¾ ta’ kikkra krema friska
    - Melħ u bżar midħun frisk

    Metodu:

    1. Neħħi xi grass li jista jkun hemm mal-laħam.

    2. Saħħan iż-żejt u l-butir ġo taġen kbir. In-nar irid ikun minn moderat għal għoli.

    3. Meta ż-żejt u l-butir jisħnu qalli l-laħam. Trid issajjar il-laħam għal madwar 8-10 minuti, jew sakemm ikun sar għal gosti tiegħek. Waqt it-tisjir trid iddawwru darba.

    4. Meta l-laħam ikun sar neħħi mit-taġen u għamlu fuq platt. Trid iżżommu għas-sħana.

    5. Żid il-brandy. Erġa qiegħed it-taġen fuq nar għoli sakemm il-brandy jinxtorob.

    6. Żid il-kurrad u qali għal madwar 2-3 minuti. Il-kurrad irid biss jirtab. Żid il-bżar, mustarda u krema. Ħalli fuq in-nar sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli. Trid tħawwad il-ħin kollu.

    7. Kompli sajjar għal madwar 3-4 minuti sakemm iz-zalza tibda taqgħad. Fil-wiċċ roxx ftit melħ u bżar midħun frisk

    8. Servi din iz-zalza mal-laħam.