EN | MT
EN | MT
Sunny
29° - RealFeel 27°

ON AIR

Rużarju

05:15 AM - 05:35 AM

Call us on 21246714/5   SMS  50612103  (12ċ)

COMING UP

Innu ta' Filgħodu

05:45 AM - 06:00 AM

Talba

05:50 AM - 05:51 AM

Il-Qaddis tal-Jum

05:57 AM - 05:59 AM

ON AIR

Rużarju

05:15 AM - 05:35 AM


Kejk tal-Milied (1)


  • Riċetta ta' Karmen Tedesco

    Ingredjenti: 

    ·         875g frott niexef imħallat (żbib, passolina, sultana)
    ·         300ml meraq tal-larinġ
    ·         125 ml brandy
    ·         300g dqiq ismar
    ·         200g margerina polyunsaturaed
    ·         Kuċċarina mixed spice
    ·         Kuċċarina kannella midħuna
    ·         3 bajdiet imħabbta
    ·         2 mgħaref għasel iswed


    Metodu: 
    1. Poġġi l-frott niexef ġo kazzola flimkien mal-meraq tal-larinġ. Poġġi l-borma fuq in-nar u ħalliha tiftaħ tagħli. Żid il-brandy.
    1. L-ingredjenti l-oħra kollha poġġihom ġo skudella u ħawwad tajjeb sakemm jitħalltu tajjeb flimkien. Żid it-taħlita tal-frott u ħawwad tajjeb.
    1. Wara poġġi t-taħlita fil-landa. Illixxa l-wiċċ u aħmi fil-forn għal sagħtejn u nofs. Ħalli l-kejk jiksaħ.
    2. Idlek il-wiċċ bi ftit ġamm jew spread tal-berquq u ferrex fuqu l-coconut. Orbot zigarella kkulurita mal-ġenb . Tista' żżejjen bi ftit holly u zigarella irqiqa. Tista' tqiegħed xi żewġ xemgħat ma' waħda mill-hollies