EN | MT
EN | MT
Sunny
29° - RealFeel 27°

ON AIR

RTK News / Temp

04:00 PM - 04:06 PM

Call us on 21246714/5   SMS  50612103  (12ċ)

COMING UP

Saturday Drive

04:15 PM - 06:00 PM

Punti Ewlenin

05:00 PM - 05:02 PM

RTK News / Temp

06:00 PM - 06:15 PM

ON AIR

RTK News / Temp

04:00 PM - 04:06 PM


Figolla


  • Riċetta ta' Karmen Tedesco

    Temperatura tal-forn 190C

     Ingredjenti: 
    ·        200gr dqiq self raising
    ·        75ml żejt taż-żebbuġa extra virgin
    ·        150gr zokkor
    ·        200gr lewż mitħun
    ·        Il-qoxra maħkuka tal-lumija
    ·        Niskata vanillina
    ·        2 bajdiet mħabta
    ·        Kuċċarina jew tnejn ilma
    ·        Ftit icing sugar
    ·        4 mgħaref lewż imfarrak
     
    Metodu:
    Ħaddem iż-żejt u d-dqiq, żid iz-zokkor, il-lewż mitħun, il-lumi u l-vanillina. Għaqqad bil-bajd imħabbat.
    L-għaġina ħalliha ftit toqgħod, u wara iftaħ l-għaġina.
    Bil-forma aqta‘ l-għamla li tagħżel.
    Ferrex il-lewż fuq il-wicc u ippressa il-lewż fuq il-wiċċ tal-għaġina.
    Erfa‘ l-għaġina bil-forma b‘kollox u poġġiha fuq trej miksi b’karta tal-ostji. Sajjar għall 20 minuta u fl-aħħar ferrex ftit icing sugar fil-wiċċ.