EN | MT
EN | MT
Sunny
29° - RealFeel 27°

ON AIR

Avviżi Kommunitarji / Ħsieb Għalik

06:06 AM - 06:30 AM

Call us on 21246714/5   SMS  50612103

COMING UP

Pierre & Co. on RTK103FM

06:30 AM - 06:55 AM

Fi Ħdan il-Mulej

06:55 AM - 07:00 AM

RTK Bulettin / Temp

07:00 AM - 07:15 AM

ON AIR

Avviżi Kommunitarji / Ħsieb Għalik

06:06 AM - 06:30 AM


Krema bil-Mandolina u l-Ġeli


  • Riċetta ta' Anton B. Dougall

    Din id-deżerta trid titkessaħ sew qabel ma sserviha.

    Ingredjenti:

    - 600ml ħalib
    - 150g zokkor
    - 40g cornflour
    - Isfar ta’ bajda
    - Essenza tal-vanilla
    - Ftit Maraschino
    - Flieli ta’ mandolina
    - Ġeli tal-frawli

    Metodu:
    1.    Dewweb il-jelly bi ftit misħun u ilma. Poggi ftit ġo tazza li tkun se sservi fiha. Il-bqija qegħdu ġo dixx u poġġih fil-fridge biex jaqgħad ftit. Qabel ma ddaħħlu fil-fridge trid tkun żgur li l-jelly kesħet.
    2.    Għamel żewġ flieli mandolina fuq il-jelly li jkun hemm fit-tazza.
    3.    Ġo kazzola poġġi l-ħalib flimkien maz-zokkor u l-essenza tal-vanilja. Neħħi ftit mil-ħalib u għamlu ġo bieqja żghira. Qiegħed il-kazzola fuq in-nar sakemm tiftaħ tagħli. Trid tagħmel attenzjoni biex il-ħalib ma jagħlix u jfur. Għalhekk kulltant trid taħawwdu.
    4.    Sadanittant mal-ħalib li jkollok fil-biejqa żid l-isfar tal-bajda u l-cornflour. Ħawwad tajjeb biex il-cornflour idub.
    5.    Meta t-taħlita tiftaħ tagħli neħħi l-kazzola minn fuq in-nar u żid magħha il-ħalib bil-cornflour. Erġa qiegħed il-kazzola fuq nar baxx u ħawwad il-ħin kollu sakemm it-taħlita tibda taqgħad. Il-krema ma trid tiġi maqgħuda ħafna.
    6.    Neħħi minn fuq in-nar u żid il-Maraschino. Ħawwad tajjeb.
    7.    Meta l-jelly li jkun hemm fit-tazza tkun għaqdet, żid ftit minn din il-krema. Fuqha poġġi xi flieli tal-mandolina u erġa għamel ftit krema. Poġġiha fil-fridge.
    8.    Ftit qabel ma sserviha fil-wiċċ għamel xi ftit mil-jelly li tkun għamilt fid-dixx.
    9.    Din id-deżerta trid titkessaħ sew qabel ma sserviha.